Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0413

    Kawża T-413/17: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Karl Storz vs EUIPO (3D)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/52


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2017 – Karl Storz vs EUIPO (3D)

    (Kawża T-413/17)

    (2017/C 277/75)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Karl Storz GmbH & Co. KG (Tuttlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Gruber, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “3D” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 272 627

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11/04/2017 fil-Każ R 1502/2016-2

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ April 2017 fil-Każ R 1502/2016-2 u tirreġistra t-trade mark “3D”, IR 1 272 627, li tindika l-Unjoni Ewropea għal prodotti kollha li saret applikazzjoni għalihom inklużi l-prodotti li għadhom affettwati mid-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv(i) invokat(i)

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top