This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0411
Case T-411/17: Action brought on 30 June 2017 — Landesbank Baden-Württemberg v SRB
Kawża T-411/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB
Kawża T-411/17: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB
ĠU C 277, 21.8.2017, p. 51–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/51 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Landesbank Baden-Württemberg vs SRB
(Kawża T-411/17)
(2017/C 277/74)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Landesbank Baden-Württemberg (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u K. Rübsamen, avukati)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-Sessjoni Eżekuttiva tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-11 ta’ April 2017 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex-ante fil-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għas-sena 2017 (SRB/ES/SRF/2017/05), inkluż l-anness tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inkluż l-anness tagħha, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrent; u |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(1) u (2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) minħabba li d-deċiżjoni tonqos milli tagħti motivazzjoni suffiċjenti. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ taħt l-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta minħabba l-assenza ta’ opportunità għar-rikorrent sabiex jinstema’. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva taħt l-Artikolu 47(1) tal-Karta għaliex id-deċiżjoni ma hijiex suġġetta għal stħarriġ. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 103(7)(h) tad-Direttiva 2014/59/EU (1), tal-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (2), tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (3), tal-Artikoli 16 u 20 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba l-applikazzjoni tal-fattur ta’ multiplikazzjoni għall-indiċi SPI (skema ta’ protezzjoni istituzzjonali). |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 16 tal-Karta u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba l-applikazzjoni tal-fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ aġġustament. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-Artikoli 4 sa 7 u l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 u tal-Anness I ta’ dan ir-regolament ta’ delega. |
(1) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Mejju 2014, li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).
(2) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1).
(3) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44).