EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0448

Kawża T-448/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Mr. Kebab vs EUIPO – Mister Kebap (Mr. KEBAB) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr.KEBAB — Trade mark Spanjola figurattiva preċedenti MISTER KEBAP — Raġuni elattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2017 – Mr. Kebab vs EUIPO – Mister Kebap (Mr. KEBAB)

(Kawża T-448/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Mr.KEBAB - Trade mark Spanjola figurattiva preċedenti MISTER KEBAP - Raġuni elattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2017/C 277/63)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Mr. Kebab s. r. o. (Košice-Západ, is-Slovakkja) (rappreżentant: L. Vojčík, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u R. Cottrellovú, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mister Kebap, SL (Finestrat, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Mejju 2006 (Każ R 987/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mister Kebap u Mr Kebab.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mr. Kebab s. r. o huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


Top