EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0287

Kawża T-287/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Tayto Group vs EUIPO – MIP Metro (real) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea real — Użu ġenwin — Forma li hija differenti minħabba elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv — Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu tat-trade mark minn terz — Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Prova ta’ użu ġenwin — Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni”]

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2017 – Tayto Group vs EUIPO – MIP Metro (real)

(Kawża T-287/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea real - Użu ġenwin - Forma li hija differenti minħabba elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu tat-trade mark minn terz - Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Prova ta’ użu ġenwin - Artikolu 15(1) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2017/C 277/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tayto Group Ltd (Corby, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-16 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2285/2013-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Tayto Group u MIP Metro Group Intellectual Property.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tayto Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


Top