EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0207

Kawża C-207/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di primo grado di Bolzano (l-Italja) fil-21 ta’ April 2017 – Rotho Blaas Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria di primo grado di Bolzano (l-Italja) fil-21 ta’ April 2017 – Rotho Blaas Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-207/17)

(2017/C 277/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria di primo grado di Bolzano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rotho Blaas Srl

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/519, tas-26 ta’ Marzu 2015, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (3) huma invalidi/illeġittimi/inkompatibbli mal-Artikolu VI tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u dwar il-kummerċ tal-1994 u mad-deċiżjoni tad-DSB tal-WTO tat-28.7.2011?

2)

Jekk ir-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 924/2012 u Nru 519/2015 li huma marbuta miegħu, jiġu ddikjarati invalidi/illeġittimi/inkompatibbli, it-tħassir tad-dazji antidumpung stabbiliti abbażi tal-miżuri kkontestati jkollu effetti legali mill-mument tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 278/2016 (4), jew inkella mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżura kkontestata, jiġifieri tar-Regolament “bażiku” (KE) Nru 91/2009?


(1)  Regolament tal-Kunsill, tas-26 ta’ Jannar 2009, (ĠU L 29, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill, tal-4 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 275, p. 1)

(3)  Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2015 (ĠU L 82, p. 78).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/278, tas-26 ta’ Frar 2016, li jħassar id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiżi għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 52, p. 24).


Top