EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0422

Kawża C-422/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Trier – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs TofuTown.com GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli — Regolament (UE) Nru 1308/2013 — Artikolu 78 u l-Parti III tal-Anness VII — Deċiżjoni 2010/791/UE — Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ — “Ħalib” u “prodotti tal-ħalib” — Denominazzjonijiet użati għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel purament veġetali)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Trier – il-Ġermanja) – Verband Sozialer Wettbewerb eV vs TofuTown.com GmbH

(Kawża C-422/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 78 u l-Parti III tal-Anness VII - Deċiżjoni 2010/791/UE - Definizzjonijiet, denominazzjonijiet u deskrizzjonijiet ta’ bejgħ - “Ħalib” u “prodotti tal-ħalib” - Denominazzjonijiet użati għall-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel purament veġetali))

(2017/C 277/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Trier

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb eV

Konvenuta: TofuTown.com GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 78(2), u l-Parti III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-denominazzjoni “ħalib” u d-denominazzjonijiet li dan ir-regolament jirriżerva biss għall-prodotti tal-ħalib jintużaw sabiex jindikaw, waqt il-kummerċjalizzazzjoni jew fir-reklamar, prodott purament veġetali, u dan anki jekk dawn id-denominazzjonijiet huma kkompletati b’indikazzjonijiet spjegattivi jew deskrittivi li jindikaw l-oriġini veġetali tal-prodott inkwistjoni, ħlief jekk dan il-prodott huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/791, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III 1 tal-Anness XII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007.


(1)  ĠU C 350, 26.9.2016.


Top