This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0126
Case C-126/16: Judgment of the Court (Third Chamber) of 22 June 2017 (request for a preliminary ruling from the Rechtbank Midden-Nederland — Netherlands) — Federatie Nederlandse Vakvereniging and Others v Smallsteps BV (Reference for a preliminary ruling — Directive 2001/23/EC — Articles 3 to 5 — Transfers of undertakings — Safeguarding of employees’ rights — Exceptions — Insolvency proceedings — ‘Pre-pack’ — Survival of an undertaking)
Kawża C-126/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Artikoli 3 sa 5 — Trasferiment ta’ impriżi — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Eċċezzjonijiet — Proċeduri ta’ insolvenza — “pre-pack” — Sopravivenza ta’ impriża
Kawża C-126/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/23/KE — Artikoli 3 sa 5 — Trasferiment ta’ impriżi — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema — Eċċezzjonijiet — Proċeduri ta’ insolvenza — “pre-pack” — Sopravivenza ta’ impriża
ĠU C 277, 21.8.2017, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Midden-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Federatie Nederlandse Vakvereniging et vs Smallsteps BV
(Kawża C-126/16) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Artikoli 3 sa 5 - Trasferiment ta’ impriżi - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Eċċezzjonijiet - Proċeduri ta’ insolvenza - “pre-pack” - Sopravivenza ta’ impriża)
(2017/C 277/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Midden-Nederland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Federatie Nederlandse Vakvereniging, Karin van den Burg-Vergeer, Lyoba Tanja Alida Kukupessy, Danielle Paase-Teeuwen, Astrid Johanna Geertruda Petronelle Schenk
Konvenuta: Smallsteps BV
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tal-ħaddiema ggarantita permezz tal-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-direttiva tinżamm fis-sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-trasferiment ta’ impriża jseħħ wara dikjarazzjoni ta’ falliment fil-kuntest ta’ pre-pack, ippreparata preċedentement u implementata immedjatament wara d-dikjarazjzoni ta’ falliment, fil-kuntest ta’ liema, b’mod partikolari, “kuratur mistenni”, maħtur minn qorti, jeżamina l-possibbiltajiet ta’ prosegwiment eventwali tal-attivitajiet ta’ din l-impriża minn terz u jħejji ruħu wkoll sabiex jgħaddi għall-atti li għandhom isiru eżatt wara l-falliment sabiex jitwettaq dan il-prosegwiment, u, barra minn hekk, ma huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-għan segwit minn din l-operazzjoni ta’ pre-pack tirrigwarda wkoll il-massimazzjoni tal-prodott taċ-ċessjoni għall-kredituri kollha tal-impriża inkwistjoni.