EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0049

Kawża C-49/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Unibet International Ltd. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatala (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu provduti servizzi — Restrizzjonijiet — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard online — Impossibbiltà prattika tal-kisba ta’ tali awtorizzazzjoni għall-operaturi privati stabbiliti fi Stati Membri oħra)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Unibet International Ltd. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatala

(Kawża C-49/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi - Restrizzjonijiet - Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard online - Impossibbiltà prattika tal-kisba ta’ tali awtorizzazzjoni għall-operaturi privati stabbiliti fi Stati Membri oħra))

(2017/C 277/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unibet International Ltd.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatala

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard online, meta din ikun fiha regoli diskriminatorji fir-rigward tal-operaturi stabbiliti fi Stati Membri oħra jew meta din tipprevedi dispożizzjonijiet nondiskriminatorji, iżda li jiġu applikati b’mod mhux trasparenti jew implementati b’mod li jipprekludi jew li jagħmel iktar diffiċli l-kandidatura ta’ ċerti offerenti stabbiliti fi Stati Membri oħra.

2)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sanzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imposti minħabba l-ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet u ta’ awtorizzazzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ logħob tal-ażżard, fl-ipoteżi fejn tali leġiżlazzjoni nazzjonali tirriżulta li tkun kuntrarja għal dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 136, 18.04.2016.


Top