Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0038

    Kawża C-38/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Compass Contract Services Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Rimbors tal-VAT mħallsa indebitament — Dritt għal tnaqqis tal-VAT — Modalitajiet — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ newtralità fiskali — Prinċipju ta’ effettività — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi terminu ta’ preskrizzjoni)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Compass Contract Services Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

    (Kawża C-38/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Rimbors tal-VAT mħallsa indebitament - Dritt għal tnaqqis tal-VAT - Modalitajiet - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ newtralità fiskali - Prinċipju ta’ effettività - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi terminu ta’ preskrizzjoni))

    (2017/C 277/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    First-tier Tribunal (Tax Chamber)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Compass Contract Services Limited

    Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

    Dispożittiv

    Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest tat-tnaqqis tat-terminu ta’ preskrizzjoni, minn naħa, tat-talbiet għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa indebitament u, min-naħa l-oħra, tat-talbiet għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa, tipprevedi perijodi tranżitorji differenti, b’tali mod li t-talbiet relatati maż-żewġ perijodi finanzjarji ta’ tliet snin huma suġġetti għal termini ta’ preskrizzjoni differenti, skont jekk ikollhomx bħala għan ir-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa indebitament jew it-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa.


    (1)  ĠU C 106, 21.3.2016


    Top