EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0019

Kawża C-19/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) — Ġlieda kontra t-terroriżmu — Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban — Regolament (KE) Nru 881/2002 — Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi inklużi fil-lista stabbilita mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti — Inklużjoni mill-ġdid ta’ dawn il-persuni fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 wara l-annullament tal-inklużjoni inizjali — Għajbien tal-persuna ġuridika matul il-proċedura — Locus standi in judicio)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 – Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-19/16 P) (1)

((Appell - Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) - Ġlieda kontra t-terroriżmu - Miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi inklużi fil-lista stabbilita mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti - Inklużjoni mill-ġdid ta’ dawn il-persuni fil-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002 wara l-annullament tal-inklużjoni inizjali - Għajbien tal-persuna ġuridika matul il-proċedura - Locus standi in judicio))

(2017/C 277/14)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd (rappreżentanti: N. Garcia-Lora, Solicitor, E. Grieves, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek, D. Gauci u J. Norris-Usher, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne, J.-P. Hix u H. Marcos Fraile, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah u Taher Nasuf huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


Top