Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0549

    Kawża C-549/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Linköping – l-Isvezja) – E.ON Biofor Sverige AB vs Statens energimyndighet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Promozzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli — Bijokarburanti użati għat-trasport — Direttiva 2009/28/KE — Artikolu 18(1) — Sistema ta’ ‘bilanċ tal-massa’ intiża li jiġi żgurat li l-bijogass jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti — Validità — Artikoli 34 u 114 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-bilanċ tal-massa jitwettaq f’post iddefinit b’mod ċar — Prassi tal-awtorità nazzjonali kompetenti li taċċetta li din il-kundizzjoni tista’ tkun issodisfatta meta l-bijogass sostenibbli jiġi ttrasportat permezz tan-netwerk tal-gass nazzjonali — Ordni tal-imsemmija awtorità li teskludi li din l-istess kundizzjoni tista’ tiġi ssodisfatta fil-każ ta’ importazzjoni minn Stati Membri oħra ta’ bijogass sostenibbli permezz tan-netwerks tal-gass nazzjonali interkonnessi — Moviment liberu tal-merkanzija)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Linköping – l-Isvezja) – E.ON Biofor Sverige AB vs Statens energimyndighet

    (Kawża C-549/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Promozzjoni tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Bijokarburanti użati għat-trasport - Direttiva 2009/28/KE - Artikolu 18(1) - Sistema ta’ ‘bilanċ tal-massa’ intiża li jiġi żgurat li l-bijogass jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti - Validità - Artikoli 34 u 114 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-bilanċ tal-massa jitwettaq f’post iddefinit b’mod ċar - Prassi tal-awtorità nazzjonali kompetenti li taċċetta li din il-kundizzjoni tista’ tkun issodisfatta meta l-bijogass sostenibbli jiġi ttrasportat permezz tan-netwerk tal-gass nazzjonali - Ordni tal-imsemmija awtorità li teskludi li din l-istess kundizzjoni tista’ tiġi ssodisfatta fil-każ ta’ importazzjoni minn Stati Membri oħra ta’ bijogass sostenibbli permezz tan-netwerks tal-gass nazzjonali interkonnessi - Moviment liberu tal-merkanzija))

    (2017/C 277/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Förvaltningsrätten i Linköping

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: E.ON Biofor Sverige AB

    Konvenuta: Statens energimyndighet

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex intiż li joħloq, għall-Istati Membri, obbligu li jawtorizzaw l-importazzjonijiet, permezz tan-netwerks tal-gass nazzjonali interkonnessi tagħhom, ta’ bijogass li jissodisfa l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva u li jkun intiż li jintuża bħala bijokarburant.

    2)

    L-eżami tat-tieni domanda ma żvela l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28.

    3)

    L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ordni, bħall-ordni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha awtorità nazzjonali jkollha l-intenzjoni teskludi li operatur ekonomiku jkun jista’ jimplementa sistema tal-bilanċ tal-massa, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2009/28, fir-rigward tal-bijogass sostenibbli ttrasportat f’netwerks tal-gass nazzjonali interkonnessi, bis-saħħa ta’ dispożizzjoni adottata minn din l-awtorità li tipprovdi li tali bilanċ tal-massa għandu jitwettaq “f’post iddefinit b’mod ċar”, meta fl-istess waqt l-imsemmija awtorità taċċetta, fuq il-bażi ta’ din id-dispożizzjoni, li sistema tal-bilanċ tal-massa tista’ tiġi implementata fir-rigward ta’ bijogass sostenibbli ttrasportat fin-netwerk tal-gass nazzjonali tal-Istat Membru ta’ din l-istess awtorità.


    (1)  ĠU C 7, 11.1.2016.


    Top