EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0513

Kawża C-513/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn “Agrodetalė” UAB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Suq intern — Approvazzjoni tat-tip tal-KE — Direttiva 2003/37/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti — Tqegħid fis-suq u reġistrazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ vetturi użati jew second-hand importati minn pajjiż terz — Kunċetti ta’ ‘vettura ġdida’ u ta’ “dħul fis-servizz”)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – proċedura mibdija minn “Agrodetalė” UAB

(Kawża C-513/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern - Approvazzjoni tat-tip tal-KE - Direttiva 2003/37/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti - Tqegħid fis-suq u reġistrazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ vetturi użati jew second-hand importati minn pajjiż terz - Kunċetti ta’ ‘vettura ġdida’ u ta’ “dħul fis-servizz”))

(2017/C 277/05)

Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

“Agrodetalė” UAB

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE, tat-18 ta’ Marzu 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ewwel tqegħid fis-suq u r-reġistrazzjoni, fi Stat Membru, ta’ tratturi użati jew second-hand importati minn pajjiż terz huma suġġetti għall-osservanza tar-rekwiżiti tekniċi previsti minn din.

2)

L-Artikolu 23(1)(b) tad-Direttiva 2003/37, kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/44/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ din japplikaw għall-vetturi użati, li jaqgħu taħt il-kategoriji T1, T2 u T3, importati fl-Unjoni Ewropea minn pajjiż terz, meta jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni għall-ewwel darba mill-1 ta’ Lulju 2009.


(1)  ĠU C 414, 14.12.2015.


Top