Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62016CN0577
Case C-577/16: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Berlin — Germany lodged on 16 November 2016 — Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH v Bundesrepublik Deutschland
Kawża C-577/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2016 – Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland
Kawża C-577/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2016 – Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland
ĠU C 63, 27.2.2017, pp. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2016 – Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-577/16)
(2017/C 063/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Trinseo Deutschland Anlagengesellschaft mbH
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (1), moqri flimkien mal-Anness I tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-produzzjoni ta’ polimeri, u b’mod partikolari ta’ polimeri ta’ polikarbonat, f’installazzjonijiet b’kapaċità ta’ produzzjoni li taqbeż il-100 tunnellata kull jum, għandha titqies li hija attività ta’ produzzjoni ta’ prodotti kimiċi organiċi bażiċi permezz ta’ qsim, formazzjoni mill-ġdid, ossidazzjoni parzjali jew totali jew permezz ta’ proċessi oħra simili? |
|
2. |
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-operatur ta’ tali installazzjoni jista’ jsostni li huwa intitolat għal allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet permezz ta’ applikazzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/87 u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (2) f’sitwazzjoni fejn allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet bis-saħħa tad-dritt nazzjonali ma tkunx possibbli minħabba s-sempliċi fatt li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx inkluda, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 2003/87, l-installazzjonijiet ta’ produzzjoni ta’ polimeri, u f’sitwazzjoni fejn, għal din ir-raġuni biss, dawn l-installazzjonijiet ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fl-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet? |
(1) Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011 L 130, p. 1).