EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0293

Kawża C-293/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Gebhart Hiebler vs Walter Schlagbauer (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/123/KE — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika — Professjoni ta’ kennies taċ-ċmieni — Kompiti li jaqgħu taħt il-“prevenzjoni tan-nirien” — Limitazzjoni territorjali tal-liċenzja għall-eżerċizzju tal-professjoni — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Neċessità — Proporzjonalità)

ĠU C 68, 22.2.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Gebhart Hiebler vs Walter Schlagbauer

(Kawża C-293/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/123/KE - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Professjoni ta’ kennies taċ-ċmieni - Kompiti li jaqgħu taħt il-“prevenzjoni tan-nirien” - Limitazzjoni territorjali tal-liċenzja għall-eżerċizzju tal-professjoni - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Neċessità - Proporzjonalità))

(2016/C 068/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gebhart Hiebler

Konvenut: Walter Schlagbauer

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri l-eżerċizzju ta’ professjoni, bħal dik ta’ kennies taċ-ċmieni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kollu kemm hu, minkejja li din il-professjoni timplika t-twettiq mhux biss ta’ attivitajiet ekonomiċi privati, iżda wkoll ta’ kompiti li jaqgħu taħt il-“prevenzjoni tan-nirien”.

2)

L-Artikoli 10(4) u 15(1), (2)(a) u (3) tad-Direttiva 2006/123 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-awtorizzazzjoni ta’ eżerċizzju tal-professjoni ta’ kennies taċ-ċmieni, kollu kemm hu, għal settur ġeografiku partikolari, peress li din il-leġiżlazzjoni ma ssegwix b’mod koerenti u sistematiku t-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

L-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni fl-ipoteżi fejn il-kompiti li jaqgħu taħt il-“prevenzjoni tan-niren” għandhom jiġu kklassifikati bħala kompiti marbuta ma’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, sakemm il-limitazzjoni territorjali prevista hija neċessarja u proporzjonata mal-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti f’kundizzjonijiet ekonomikament vijabbli. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq din l-evalwazzjoni.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


Top