EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0455

Kawża C-455/14 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2014 minn H mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl- 10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-271/10, H vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina

ĠU C 448, 15.12.2014, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 448/10


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 minn H mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-271/10, H vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina

(Kawża C-455/14 P)

(2014/C 448/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: H (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-271/10 H vs Il-Kunsill, Il-Kummissjoni u l-“EUPM”, sa fejn jiċħad ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-EUPM, li biha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid għall-post ta’ “Criminal Justice Adviser – Prosecutor” mal-Uffiċċju Reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina) u, jekk ikun meħtieġ, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Missjoni msemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK, tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina (BiH) (1), u t-tieni nett, talba għad-danni;

tirreferi lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tordna lill-konvenut fl-ewwel istanza jbati l-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq l-aggravji segwenti:

Ksur tad-dritt tad-difiża

Ksur tal-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura

Żball ta’ liġi

Ksur tal-liġi Ewropea


(1)  ĠU L 322, p. 22


Top