Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0143

Kawża F-143/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 77–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/77


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-143/12)

2013/C 26/162

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta’ tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tas-16 ta’ Diċembru 2011 li teskludi lir-rikorrent mil-lista ta’ uffiċjali ċċertifikati skont il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni 2010-2011;

sa fejn ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tas-16 ta’ Awwissu 2012 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jingħata danni f’ammont ta’ EUR 5 000;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.


Top