Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0215

Kawża T-215/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Novembru 2012 — ADEDY et vs Il-Kunsill ( “Rikors għal annullament — Deċiżjoni indirizzata lil Stat Membru bl-għan li tirrimedja sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà” )

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2012 — ADEDY et vs Il-Kunsill

(Kawża T-215/11) (1)

(Rikors għal annullament - Deċiżjoni indirizzata lil Stat Membru bl-għan li tirrimedja sitwazzjoni ta’ żbilanċ eċċessiv - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà)

2013/C 26/89

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY) (Ateni, il-Greċja); Spyridon Papaspyros (Ateni); u Ilias Iliopoulos (Ateni) (rappreżentant: M.-M. Tsipra, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Maganza, M. Vitsentzatos u A. de Gregorio Merino, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppene u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/57, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv (ĠU L 26, p. 15).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Anotati Dioikisi Enoseon Dimosion Ypallilon (ADEDY), Spyridon Papaspyros u Ilias Iliopoulos għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 186, 25.6.2011.


Top