Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0219

    Kawża T-219/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni ( “Miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Sejħa għal offerti dwar it-thejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għall-proġett tal-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija — Esklużjoni tar-rikorrenti mill-parteċipazzjoni f’din is-sejħa għal offerti — Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/23


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2012 — Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-219/12 R)

    (Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Sejħa għal offerti dwar it-thejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għall-proġett tal-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija - Esklużjoni tar-rikorrenti mill-parteċipazzjoni f’din is-sejħa għal offerti - Annullament tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2012/C 399/44

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

    Suġġett

    Talba intiża, essenzjalment, għal miżuri provviżorji li jordnaw is-sospensjoni tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti fil-kuntest tal-avviż ta’ kuntratt, ippubblikat fis-27 ta’ Marzu 2012, dwar it-thejjija ta’ dokumentazzjoni teknika għal proġett ta’ modernizzazzjoni ta’ linja tal-ferrovija, li jeskludi lir-rikorrenti mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    Top