Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/399/28

    Kawża T-140/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Novembru 2012 — Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi Energia vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rikors għal annullament — Atti adottati matul spezzjoni — Miżuri intermedjarji — Inammissibbiltà — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Protezzjoni tal-ħajja privata — Indizji serji biżżejjed — Stħarriġ ġudizzjarju” )

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Prysmian u Prysmian Cavi e Sistemi Energia vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-140/09) (1)

    (Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rikors għal annullament - Atti adottati matul spezzjoni - Miżuri intermedjarji - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Protezzjoni tal-ħajja privata - Indizji serji biżżejjed - Stħarriġ ġudizzjarju)

    2012/C 399/28

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Prysmian SpA (Milan, l-Italja) u Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl (Milan) (rappreżentanti: A. Pappalardo, F. Russo, L. Stasi, C. Tesauro u L. Armati, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment V. Di Bucci u X. Lewis, sussegwentement V. Di Bucci u N. Von Lingen, aġenti)

    Suġġett

    L-ewwel nett, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/2 tad-9 ta’ Jannar 2009, li tordna lil Prysmian SpA u l-impriżi kollha li direttament jew indirettament huma ikkontrollati minnha, inkluża Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl, sabiex jissuġġettaw rwieħhom għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) (Każ COMP/39.610); it-tieni nett, talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara illegali id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni matul din l-ispezzjoni li tikkopja ċerti fajls informatiċi sabiex teżaminahom fl-uffiċċji tagħha u, it-tielet nett, talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna lill-Kummissjoni sabiex ma tużax id-dokumenti miksuba illegalment kif ukoll sabiex trodd lura lil Prysmian u lil Prysmian Cavi e Sistemi Energia d-dokumenti kollha miksuba b’mod illegali.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/2 tad-9 ta’ Jannar 2009, li tordna lil Prysmian SpA u l-impriżi kollha li direttament jew indirettament huma ikkontrollati minnha, inkluża Prysmian Cavi e Sistemi Energia Srl, sabiex jissuġġettaw rwieħhom għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE), hija annullata sa fejn hija tikkonċerna l-kejbils elettriċi barra l-kejbils elettriċi tat-tensjoni għolja ta’ taħt wiċċ il-baħar u ta’ taħt l-art u l-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra.

    (2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    (3)

    Prysmian et Prysmian Cavi e Sistemi Energia għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 141, 20.6.2009.


    Top