Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0592

    Kawża C-592/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Anssi Ketelä ( “Agrikoltura — Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u Nru 1974/2006 — Għajnuna għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ — Kundizzjonijiet għall-għoti — Stabbiliment għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap tal-azjenda — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni meta l-istabbiliment isir permezz ta’ persuna ġuridika” )

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — Anssi Ketelä

    (Kawża C-592/11) (1)

    (Agrikoltura - Regolamenti (KE) Nru 1698/2005 u Nru 1974/2006 - Għajnuna għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ - Kundizzjonijiet għall-għoti - Stabbiliment għall-ewwel darba f’azjenda agrikola bħala l-kap tal-azjenda - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni meta l-istabbiliment isir permezz ta’ persuna ġuridika)

    2012/C 399/12

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Anssi Ketelä

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M, p. 26) u tal-Artikolu 13(4) u (6) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 322M, p. 305) — Kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna għall-istabbiliment tal-bdiewa żgħażagħ — Stabbiliment għall-ewwel darba f’ażjenda bħala l-kap tal-azjenda — Għajnuna għall-istabbiliment mogħtija lil persuna fiżika abbażi tal-akkwist ta’ razzett tal-familja — Interruzjoni tal-ħlas tal-għajnuna minħabba li l-benefiċjarju tal-għajnuna kien preċedentement azzjonist minoritarju u Direttur Ġenerali ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata li tipprattika b’mod partikolari t-trobbija ta’ majjali

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit impost minn din id-dispożizzjoni li jipprovdi li l-persuna kkonċernata għandha tistabbilixxi ruħha għall-ewwel darba f’azjenda agrikola “bħala l-kap tal-azjenda” jimplika, f’sitwazzjoni fejn il-persuna kkonċernata tistabbilixxi ruħha billi tuża kumpannija b’responsabbiltà limitata, li din il-persuna jkollha kontroll effettiv u sostenibbli kemm tal-azjenda agrikola kif ukoll tal-ġestjoni tagħha.

    (2)

    Għalkemm l-Istati Membri għadhom awtorizzati jippreċiżaw, b’mod konkret, il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jiġi konkluż li persuna li titlob l-għajnuna għandha l-kwalità ta’ “kap tal-azjenda”, dan huwa suġġett għal li tali kundizzjonijiet ma jmorrux lil hinn mill-kuntest li huma intiżi jippreċiżaw u b’hekk jimpenjaw ruħhom, fl-osservanza tal-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 1698/2005, li jiggarantixxu li l-imsemmija persuna li titlob l-għajnuna jkollha kontroll effettiv u sostenibbli tal-azjenda agrikola u tal-ġestjoni tagħha. Dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfaw tali rekwiżiti sa fejn huma jipprevedu li, meta l-bidwi żagħżugħ jistabbilixxi ruħu billi juża persuna ġuridika, il-kisba tal-għajnuna hija kkundizzjonata, b’mod partikolari, mill-fatt li dan ikollu setgħa deċiżjonali fi ħdan din il-persuna ġuridika, u dan jirrikjedi li jkollu iktar min-nofs l-azzjonijiet ta’ din il-persuna ġuridika u li dawn l-azzjonijiet jirrappreżentaw iktar min-nofs il-voti.


    (1)  ĠU C 49, 18.2.2012.


    Top