Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0557

    Kawża C-557/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat milli jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 91/440/KEE — Artikolu 5(3) — Impriżi ta’ trasport ferrovjarju — Indipendenza amministrattiva — Deċiżjonijiet dwar il-persunal, l-assi u x-xiri proprji — Artikolu 7(3) — Għoti tal-finanzjament lill-amministratur tal-infrastruttura — Direttiva 2001/14/KE — Artikolu 6(1) — Bilanċ fil-kontijiet — Kundizzjonijiet xierqa — Traspożizzjoni inkompleta)

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

    (Kawża C-557/10) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat milli jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 91/440/KEE - Artikolu 5(3) - Impriżi ta’ trasport ferrovjarju - Indipendenza amministrattiva - Deċiżjonijiet dwar il-persunal, l-assi u x-xiri proprji - Artikolu 7(3) - Għoti tal-finanzjament lill-amministratur tal-infrastruttura - Direttiva 2001/14/KE - Artikolu 6(1) - Bilanċ fil-kontijiet - Kundizzjonijiet xierqa - Traspożizzjoni inkompleta)

    2012/C 399/03

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u M. França, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u A. Pereira de Miranda, aġenti)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat milli jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 376), mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 91/440 u mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)

    Dispożittiv

    (1)

    Billi tissuġġetta kull deċiżjoni individwali ta’ akkwist jew ta’ trasferiment ta’ ishma fil-kumpanniji mill-impriża pubblika ta’ trasport ferrovjarju CP Comboios de Portugal EPE għal approvazzjoni tal-gvern u billi ma adottatx il-miżuri nazzjonali neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-obbligu li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet xierqa sabiex jiġi ggarantit li l-kontijiet tal-amministrattur tal-infrastruttura, ir-Rede Ferroviária Nacional — REFER EP ikunu bbilanċjati, ir-Repubbliku Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt, minn naħa, l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 91/440, kif emendata bid-Direttiva 2001/12, u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2011/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007.

    (2)

    Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 38, 5.2.2011


    Top