Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0444

    Kawża T-444/12: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ottubru 2012 — Novartis vs UASI — Tenimenti Angelini (LINEX)

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/24


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2012 — Novartis vs UASI — Tenimenti Angelini (LINEX)

    (Kawża T-444/12)

    2012/C 399/46

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tenimenti Angelini SpA (Montalcino, l-Italja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Awwissu 2012 fil-Każ R 414/2011-4; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LINEX”, għal prodotti u servizzi fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8122863

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Taljana “LINES PERLA” irreġistrata bin-Nru 1281035 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana “LINES LADY” irreġistrata bin-Nru 245598 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana “LINES INTERVALLO” irreġistrata bin-Nru 311801 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana “LINES IDEA” irreġistrata bin-Nru 414841 għal prodotti fil-klassi 5; it-trade mark verbali Taljana “LINES SETA” irreġistrata bin-Nru 584405 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana “LINES SETA ALI” irreġistrata bin-Nru 607537 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark verbali Taljana “LINES SETA ULTRA” irreġistrata bin-Nru 643382 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark figurattiva Taljana “VELO” irreġistrata bin-Nru 980294 għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16; it-trade mark figurattiva Taljana “LINES” irreġistrata bin-Nru 980295 għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16; l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Taljana “LINES SETA” irreġistrata bin-Nru MI2007C011896 għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 25; it-trade mark “LINES” li għandha reputazzjoni fl-Italja għal prodotti fil-klassi 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top