Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/399/27

    Kawża T-135/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Novembru 2012 — Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rikors għal annullament — Atti adottati matul spezzjoni — Miżuri intermedjarji — Inammissibbiltà — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Protezzjoni tal-ħajja privata — Indizji suffiċjentement serji — Stħarriġ ġudizzjarju” )

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2012 — Nexans France u Nexans vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-135/09) (1)

    (Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rikors għal annullament - Atti adottati matul spezzjoni - Miżuri intermedjarji - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Protezzjoni tal-ħajja privata - Indizji suffiċjentement serji - Stħarriġ ġudizzjarju)

    2012/C 399/27

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nexans France SAS (Pariġi, Franza); u Nexans SA (Pariġi) (rappreżentanti: M. Powell, solicitor, J. P. Tran-Thiet, avukat, u G. Forwood, barrister)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u N. von Lingen, sussegwentement N. von Lingen u V. Di Bucci, aġenti)

    Suġġett

    L-ewwel nett, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/1, tad-9 ta’ Jannar 2009, li tordna lil Nexans SA u lis-sussidjarja tagħha Nexans France SAS tissuġġetta ruħha għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 08 Vol. 02 p. 205) (Każ COMP/39.610); it-tieni nett, talba sabiex il-Qorti Ġenerali tiddikjara illegali d-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni f’din l-ispezzjoni li tikkopja kollu kemm hu l-kontenut ta’ ċerti fajls informatiċi sabiex jiġu eżaminati fl-uffiċċji tagħha; it-tielet nett, talba għal annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni li impjegat ta’ Nexans France jiġi interrogat waqt l-ispezzjoni u, ir-raba’ nett, talba sabiex il-Qorti Ġenerali tordna ċerti miżuri fir-rigward tal-Kummissjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 92/1, tad-9 ta’ Jannar 2009, li tordna lil Nexans SA u lill-impriżi kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnha, inkluża fosthom Nexans France SAS, sabiex tissuġġetta ruħha għal spezzjoni, skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 (KE) u 82 (KE), għandha tiġi annullata sa fejn din tikkonċerna l-kejbils tal-elettriku barra minn dawk il-kejbils tal-elettriku ta’ taħt wiċċ il-baħar u ta’ taħt l-art ta’ tensjoni għolja kif ukoll il-materjal relatat ma’ dawn il-kejbils l-oħra.

    (2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

    (3)

    Nexans u Nexans France għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (4)

    Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 141, 20.6.2009.


    Top