This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0472
Case C-472/12: Reference for a preliminary ruling from the Corte Suprema di Cassazione (Italy) lodged on 22 October 2012 — Panasonic Italia SpA v Agenzia delle Dogane
Kawża C-472/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fit- 22 ta’ Ottubru 2012 — Panasonic Italia SpA. vs Agenzia delle Dogane
Kawża C-472/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fit- 22 ta’ Ottubru 2012 — Panasonic Italia SpA. vs Agenzia delle Dogane
ĠU C 399, 22.12.2012, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Panasonic Italia SpA. vs Agenzia delle Dogane
(Kawża C-472/12)
2012/C 399/25
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte Suprema di Cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Panasonic Italia SpA.
Konvenuta: Agenzia delle Dogane.
Domandi preliminari
(1) |
Prinċipalment, skrin tal-plażma tal-kulur (ta’ daqs li jikkorrispondi ma’ djagonali ta’ 106,6 ċm, li għandu żewġ loudspeakers u remote control u li għandu dispożittiv ta’ aċċess diġà previst sabiex tiddaħħal video card (ta’ spiża żgħira ħafna, li tista’ faċilment tinkiseb u tiddaħħal), li ma huwiex importat mal-iskrin u li, ladarba jiddaħħal, l-iskrin, li jista’ jiġi konness mhux biss ma’ magni awtomatiċi ta’ pproċessar tal-informazzjoni, iżda wkoll ma’ apparat ta’ reġistrazzjoni u ta’ riproduzzjoni vidjofoniċi, ma’ DVD readers, ma’ camcorders u ma’ riċevituri tat-televizjoni bis-satellita, ikun jista’ jirċievi sinjali komposti AV, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 8471 jew fis-subintestatura 8528, qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 754/2004 (1)? |
(2) |
f’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, il-Qorti Ewropea hija mitluba tevalwa u tiddeċiedi jekk il-klassifikazzjoni ta’ tali skrin fis-subintestatura 8528 hijiex min-naħa l-oħra imposta mir-Regolament (KE) Nru 754/2004 u; |
(3) |
f’każ ta’ risposta affermattiva għal din id-domanda — jekk id-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-rigward minn dan ir-regolament humiex tali li jiġu kkunsidrati jew le bħala interpretattivi u, minħabba dan il-fatt, retroattivi bil-kundizzjoni tal-applikabbiltà ta’ dispożizzjonijiet preċedenti espressi f’sens kuntrarju. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 754/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 16, p. 93).