EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/399/19

Kawża C-437/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl- 1 ta’ Ottubru 2012 — X, il-parti l-oħra: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

ĠU C 399, 22.12.2012, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-1 ta’ Ottubru 2012 — X, il-parti l-oħra: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

(Kawża C-437/12)

2012/C 399/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Parti oħra: Voorzitter van het managementteam van het onderdeel Belastingdienst/Z van de rijksbelastingdienst

Domandi preliminari

(1)

Sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni, imqajma fil-kuntest tal-Artikolu 110 TFUE, ta’ jekk l-ammont tat-taxxa dovuta fl-2010 mar-reġistrazzjoni tal-karozza (inkwistjoni) jaqbiżx (jew le) l-ammont residwu tat-taxxa inkluża fil-valur tal-vetturi użati simili li jkunu diġà rreġistrati fit-territorju nazzjonali, għandhom jiġu kkunsidrati bħala simili għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ dan l-ammont residwu:

karozza komparabbli rreġistrata bħala karozza ġdida matul is-sena tal-ewwel użu tal-karozza (inkwistjoni) (2006), jew

anki l-vetturi (l-oħra) disponibbli fis-suq tal-vetturi użati fl-2010, u li, bħall-karozza (inkwistjoni), intużaw għall-ewwel darba fit-30 ta’ Mejju 2006 u huma mill-bqija komparabbli, iżda ġew (importati u) irreġistrati bħala vetturi użati wara t-30 ta’ Mejju 2006 (wara t-30 ta’ Mejju 2006 sal-2009) u/jew

anki l-vetturi (l-oħra) disponibbli fis-suq tal-vetturi użati fl-2010, u li, għall-kuntrarju tal-karozza (inkwistjoni), intużaw għall-ewwel darba wara t-30 ta’ Mejju 2006, iżda huma mill-bqija komparabbli, u li ġew (importati u) irreġistrati bħala vetturi ġodda jew użati wara t-30 ta’ Mejju 2006 (wara t-30 ta’ Mejju 2006 sal-2009)?

(2)

Sabiex tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 110 TFUE jipprekludix il-ġbir tal-BPM (1) mar-reġistrazzjoni tal-karozza fl-2010, sa fejn din it-taxxa hija kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 (skont it-tabelli tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi BPM), din il-parti tat-taxxa għandha tiġi kkunsidrata bħala taxxa ġdida, li għandha tiġi distinta mill-BPM eżistenti sal-1 ta’ Frar 2008 li kienet tiddependi biss mill-prezz tal-katalgu, b’tali mod li, sa fejn it-taxxa hija kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2, ma huwiex rilevanti paragun mal-karozzi użati (simili) irreġistrati qabel l-1 ta’ Jannar 2010?

(3)

Jekk jitqies li ma hemmx taxxa ġdida fis-sens tat-tieni domanda: il-fatt li l-karozzi komparabbli għall-karozza (inkwistjoni), użati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Frar 2008 u importati u rreġistrati bħala karozzi użati matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2009, ma kinux suġġetti għat-taxxa kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 (skont l-Artikolu 9ba tal-Liġi BPM fis-seħħ matul dan il-perijodu), filwaqt li din it-taxxa kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 kienet effettivament inġabret meta saret ir-reġistrazzjoni matul il-perijodu msemmi ta’ karozzi użati għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Frar 2008, iżda li mill-bqija huma komparabbli mal-karozza (inkwistjoni), jipprekludi, skont l-Artikolu 110 TFUE, il-ġbir tal-BPM mar-reġistrazzjoni tal-karozza fl-2010 sa fejn din it-taxxa hija kkalkolata fuq il-bażi tal-emissjonijiet tas-CO2 (skont it-tabelli tal-Artikolu 9(1) tal-Liġi BPM)?


(1)  Belasting personenauto’s en motorrijwielen (Taxxa fuq il-karozzi u l-muturi).


Top