EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/399/16

Kawża C-430/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fil- 21 ta’ Settembru 2012 — Elena Luca vs Casa de Asigurări de Sănătate Bacău

ĠU C 399, 22.12.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curte de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fil-21 ta’ Settembru 2012 — Elena Luca vs Casa de Asigurări de Sănătate Bacău

(Kawża C-430/12)

2012/C 399/16

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curte de Apel Bacău.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Luca.

Konvenuta: Casa de Asigurări de Sănătate Bacău.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 56 (TFUE) (li qabel kien l-Artikolu 49 KE) u l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1408/71 (1) jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali bħall-Artikoli 40(1)(b), 45 u 46 tad-Digriet 592/2008, li jipprovdu li l-persuni impjegati jew dawk li jaħdmu għal rashom jew il-membri tal-familja tagħhom għandhom id-dritt li jiksbu r-rimbors tal-ammont totali tal-ispejjeż sostnuti fir-rigward ta’ kura medika barra mill-pajjiż biss jekk huma jkunu kisbu awtorizzazzjoni minn qabel għal dan il-għan?

(2)

Il-ħlas parzjali ta’ trattament mediku mogħti fi ħdan il-Komunità kkalkolat skont it-tariffi tal-Istat Membru assiguratur, f’dan il-każ skont l-Artikolu 7a tad-Digriet 122/2007 (abrogat bid-Digriet 729/2009), jikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 (TFUE) (li qabel kien l-Artikolu 49 KE)?

(3)

Jekk id-domanda preċedenti tingħata risposta affermattiva, x’inhu l-limitu għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn persuni assigurati, meta l-ammont tal-ħlasijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza jkun differenti minn dak tas-servizzi previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ingħata t-trattament?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


Top