EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0557

Kawża C-557/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal- 25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Il-Polonja) — Maria Kozak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 306 sa 310 — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar — Servizz ta’ trasport ipprovdut minn aġenzija tal-ivvjaġġar li taġixxi f’isimha — Kunċett ta’ servizz uniku — Artikolu 98 — Rata mnaqqsa tal-VAT)

ĠU C 399, 22.12.2012, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — Il-Polonja) — Maria Kozak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

(Kawża C-557/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Servizz ta’ trasport ipprovdut minn aġenzija tal-ivvjaġġar li taġixxi f’isimha - Kunċett ta’ servizz uniku - Artikolu 98 - Rata mnaqqsa tal-VAT)

2012/C 399/11

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Kozak

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikoli 306 sa 310, kif ukoll tal-Artikolu 98, flimkien mal-punt 5 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar — Rifjut li tiġi applikata r-rata mnaqqsa ta’ VAT, applikabbli għas-servizzi ta’ trasport, għal servizz ta’ trasport ipprovdut minn aġenzija tal-ivvjaġġar li taġixxi f’isimha fil-kuntest ta’ servizz tal-ivjaġġar kumpless — Klassifikazzjoni bħala servizz uniku

Dispożittiv

L-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta fil-kuntest ta’ servizz turistiku pprovdut lil klijent inkambju għal prezz li jinkludi kollox impost skont dawn id-dispożizzjonijiet, aġenzija tal-ivvjaġġar tipprovdi lil dan il-klijent servizz ta’ trasport intern li jikkostitwixxi wieħed mill-element ta’ dan is-servizz turistiku, dan is-servizz huwa suġġett għall-iskema normali tal-VAT, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda r-rata ta’ tassazzjoni, u mhux għall-iskema speċjali tal-VAT applikabbli għat-tranżazzjonijiet tal-aġenziji tal-ivvjaġġar. Skont l-Artikolu 98 ta’ din id-direttiva, jekk l-Istati Membri jkunu stabbilixxew rata mnaqqsa tal-VAT fil-qasam tas-servizzi ta’ trasport, din ir-rata mnaqqsa hija applikabbli għall-imsemmi servizzi.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012.


Top