Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/399/07

    Kawżi magħquda C-318/11 u C-319/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Falun — l-Isvezja) — Daimler AG (C-318/11), Widex A/S (C-319/11) vs Skatteverket (Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 170 u 171 — It-Tmien Direttiva tal-VAT — Artikolu 1 — Direttiva 2008/9/KE — Artikolu 3(a) — Regoli dettaljati għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż — Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru u li teżerċita biss fi Stat Membru ieħor xi attivitajiet ta’ testijiet tekniċi jew ta’ riċerka)

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Falun — l-Isvezja) — Daimler AG (C-318/11), Widex A/S (C-319/11) vs Skatteverket

    (Kawżi magħquda C-318/11 u C-319/11) (1)

    (Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 170 u 171 - It-Tmien Direttiva tal-VAT - Artikolu 1 - Direttiva 2008/9/KE - Artikolu 3(a) - Regoli dettaljati għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud għal persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż - Persuna taxxabbli stabbilita fi Stat Membru u li teżerċita biss fi Stat Membru ieħor xi attivitajiet ta’ testijiet tekniċi jew ta’ riċerka)

    2012/C 399/07

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Förvaltningsrätten i Falun

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Daimler AG (C-318/11), Widex A/S (C-319/11)

    Konvenut: Skatteverket

    Suġġett

    (C-318/11)

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Förvaltningsrätten i Falun — Interprtazzjoni tal-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), u tal-Artikoli 1 u 2 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-(rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9 Vol. 1 p. 79), u tal-Artikoli 2, 3 u 5 tad Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, tat 12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-(rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ (rimbors) iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, p. 23) — Produttur tal-karozzi stabbilit fi Stat Membru A, wara li għamel xi akkwisti fi Stat Membru B, sabiex iwettaq, permezz tas-sussidjarja tiegħu stabbilita f’dak l-Istat Membru testijiet tal-istess vetturi f’kundizzjonijiet tax-xitwa, fid-dawl tal-bejgħ tagħhom fi Stat Membru A — Sussidjarja li hija kompletament proprjetà tal-produttur tal-karozzi u li l-għan prinċipali tagħha huwa dak li tagħmel disponibbli lill-kumpannija parent tagħha, il-postijiet sabiex isiru t-testijiet u servizzi relatati mal-attività tat-testijiet fl-Istat Membru B, neċessarji għall-attivitajiet kummerċjali mwettqa mill-kumpannija parent fl-Istat Membru fejn hija stabbilita — Eżistenza jew nuqqas ta’ eżistenza ta’ stabbiliment fiss tal-produttur tal-karozzi fl-Istat Membru B

    (C-319/11)

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Förvaltningsrätten i Falun — Interpretazzjoni tal-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) u tal-Artikoli 1 u 2 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79) — Soċjetà li tipproduċi hearing aids stabbilita fi Stat Membru A, li akkwistat prodotti u servizzi fi Stat Membru B għall-ħtiġijiet tal-attività tad-dipartiment tagħha ta’ riċerka ta’ awdjoloġija li jinsab f’dan l-Istat Membru u li l-persunal tiegħu huwa impjegat mill-imsemmija soċjetà — Eżistenza jew le ta’ stabbiliment fiss tas-soċjetà produttriċi ta’ hearing aids fl-Istat Membru B

    Dispożittiv

    (1)

    Persuna suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud stabbilita fi Stat Membru u li twettaq biss fi Stat Membru ieħor testijiet tekniċi jew xogħlijiet ta’ riċerka, bl-esklużjoni ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li għandha, f’dan l-Istat Membru l-ieħor, “stabbiliment (fiss) li minnu jkunu magħmula transazzjonijiet tan-negozju” fis-sens tal-Artikolu 1 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-(rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, u tal-Artikolu 3(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-(rimbors) tat-taxxa fuq il-valur miżjud, previst fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru tar-(rimbors) iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

    (2)

    Din l-interpretazzjoni ma titqegħidx f’dubju, f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali fil-Kawża C-318/11, minħabba l-fatt li l-persuna taxxabbli għandha, fl-Istat Membru tal-applikazzjoni tagħha għal rimbors, sussidjarja miżmuma 100 % li hija kważi esklużivament intiża sabiex tipprovdilha diversi servizzi marbuta mat-testijiet tekniċi mwettqa.


    (1)  ĠU C 269, 10.9.2011


    Top