Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0300

    Kawża C-300/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 23 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães — il-Portugall) — Vítor Hugo Marques Almeida vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel ( “Assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil- mutur — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — Direttiva 84/5/KEE — Artikolu 2(1) — Direttiva 90/232/KEE — Artikolu 1 — Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur — Responsabbiltà ċivili tal-assigurat — Kontribut tal-vittma għad-dannu — Limitazzjoni tad-dritt għal kumpens” )

    ĠU C 399, 22.12.2012, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 399/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Guimarães — il-Portugall) — Vítor Hugo Marques Almeida vs Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel

    (Kawża C-300/10) (1)

    (Assigurazzjoni għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil- mutur - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - Direttiva 84/5/KEE - Artikolu 2(1) - Direttiva 90/232/KEE - Artikolu 1 - Dritt għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja għal responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi bil-mutur - Responsabbiltà ċivili tal-assigurat - Kontribut tal-vittma għad-dannu - Limitazzjoni tad-dritt għal kumpens)

    2012/C 399/02

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal da Relação de Guimarães

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Vítor Hugo Marques Almeida

    Konvenut: Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, Jorge Manuel da Cunha Carvalheira, Paulo Manuel Carvalheira, Fundo de Garantia Automóvel

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal da Relação de Guimarães — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10), tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3) u tal Artikoli 1 u 1a tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) — Ħabta bejn żewġ vetturi mhux tort tas-sewwieqa — Passiġġier ta’ waħda mill-vetturi li kkontribwixxa għad-danni tiegħu stess — Responsabbiltà għar-riskju — Dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu għall-possibbiltà li d-dritt għall-kumpens tal-passiġġieri vittmi li jkunu kkontribwixxew għall-ħolqien tad-danni jiġi miċħud jew limitat.

    Dispożittiv

    F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikoli 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li, f’każ ta’ ħabta bejn żewġ vetturi bil-mutur li kkawżat danni fiżiċi lill-passiġġier ta’ waħda minn dawn il-vetturi, mingħajr ma l-ħtija tista’ tkun imputabbli lis-sewwieqa tal-imsemmija vetturi, jippermettu li tiġi limitata jew eskluża r-responsabbiltà ċivili tal-assigurati.


    (1)  ĠU C 234, 28.8.2010.


    Top