Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0563

    Kawża T-563/08: Rikors ippreżentat fis- 16 ta' Diċembru 2008 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CM Capital Markets)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/63


    Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2008 — CM Capital Markets vs UASI — Carbon Capital Markets (CM Capital Markets)

    (Kawża T-563/08)

    (2009/C 44/107)

    Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: CM Capital Markets Holding, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: T. Villate Consonni, abogada u J. Calderón Chavero, abogado)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carbon Capital Markets Ltd (Londra, Ir-Renju Unit)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta' Settembru 2008 fil-Każ R-015/2008-1, li fiha t-trade mark ikkontestata ġiet miċħuda fl-intier tagħha;

    tilqa' l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, u

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta' din il-kawża fil-każ ta' oppożizzjoni magħmula kontra tagħha u tiċħad it-talbiet tiegħu.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: CARBON CAPITAL MARKETS LIMITED.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “CARBON CAPITAL MARKETS” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.480.208) għal servizzi fil-klassi 36.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks figurattivi, nazzjonali u Komunitarja “CAPITAL MARKETS” għal servizzi fil-klassi 36.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda.

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

    Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top