EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0551

Kawża C-551/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad- 19 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Deniz Sahin vs Bundesminister für Inneres (Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva 2004/38/KE — Artikoli 18 KE u 39 KE — Dritt għar-rispett tal-ħajja familjari — Dritt ta' residenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz li daħal fit-territorju ta' Stat Membru bħala applikant għal ażil u li sussegwentement iżżewweġ ċittadina ta' Stat Membru ieħor)

ĠU C 44, 21.2.2009, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-19 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Deniz Sahin vs Bundesminister für Inneres

(Kawża C-551/07) (1)

(Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 2004/38/KE - Artikoli 18 KE u 39 KE - Dritt għar-rispett tal-ħajja familjari - Dritt ta' residenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz li daħal fit-territorju ta' Stat Membru bħala applikant għal ażil u li sussegwentement iżżewweġ ċittadina ta' Stat Membru ieħor)

(2009/C 44/39)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deniz Sahin

Konvenut: Bundesminister für Inneres

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 39 tat-Trattat KE, kif ukoll tal-Artikoli 3(1), 6(2), 7(1)(d) u (2), 9(1) u 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77) — Dritt ta' residenza ta' ċittadin ta' pajjiż terz li daħal fit-territorju ta' Stat Membru bħala applikant għal ażil u li sussegwentement iżżewweġ ċittadina ta' Stat Membru ieħor

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 3(1), 6(2) u 7(1)(d) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati b'mod li jinkludu l-membri tal-familja li jkunu waslu fl-Istat Membru ospitanti indipendentement miċ-ċittadin tal-Unjoni u li jiksbu l-kwalità ta' membru tal-familja jew jibdew jgħixu ħajja familjari ma' dan iċ-ċittadin tal-Unjoni biss ladarba jaslu f'dan l-Istat. Huwa irrilevanti f'dan ir-rigward li, fil-mument li fih il-membru tal-familja jikseb l-imsemmija kwalità jew jibda' jgħix ħajja familjari, huwa jirresjedi provviżorjament fl-Istat Membru ospitanti abbażi tal-leġiżlazzjoni fuq id-dritt ta' ażil ta' dan l-Istat.

2)

L-Artikoli 9(1) u 10 tad-Direttiva 2004/38 jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha membri tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni li mhumiex ċittadini ta' Stat Membru u li għandhom dritt ta' residenza skont id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, ma jistgħux jiksbu karta ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin tal-Unjoni minħabba s-sempliċi raġuni li huma provviżorjament awtorizzati jirrisjedu fl-Istat Membru ospitanti abbażi tal-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat fuq id-dritt ta' ażil.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


Top