Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0349

    Kawża C-349/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — Il-Portugall) — Sopropé — Organizações de Calçado, Lda vs Fazenda Pública (Kodiċi Doganali tal-Komunità — Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża — Irkupru a posteriori tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — Il-Portugall) — Sopropé — Organizações de Calçado, Lda vs Fazenda Pública

    (Kawża C-349/07) (1)

    (Kodiċi Doganali tal-Komunità - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża - Irkupru a posteriori tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni)

    (2009/C 44/25)

    Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sopropé — Organizações de Calçado, Lda

    Konvenuta: Fazenda Pública

    fil-preżenza ta': Ministério público

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju, u mal-prinċipju tad-drittijiet tad-difiża, ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' proċedura amministrattiva fiskali dwar it-termini għall-eżerċizzju tad-dritt għal smigħ ta' persuna taxxabbli — Proċedura amminstrattiva għall-ħlas a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni ta' merkanzija li ġejja mil-Lvant Imbiegħed

    Dispożittiv

    1)

    F'dak li jirrigwarda l-irkupru ta' dejn doganali għall-finijiet li jsir l-irkupru a posteriori ta' dazji doganali fuq l-importazzjoni, terminu ta' bejn tmint ijiem u ħmistax-il jum mogħti lill-importatur issuspettat li wettaq ksur tar-regoli doganali sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu huwa bħala regola konformi mar-rekwiżiti tad-dritt Komunitarju.

    2)

    Hija l-qorti nazzjonali adita li għandha tiddetermina, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, jekk it-terminu effettivament mogħti lil dan l-importatur ippermettilux li jinstema' b'mod effettiv mill-awtoritajiet doganali.

    3)

    Barra minn hekk, il-qorti nazzjonali għandha tivverifika jekk, fid-dawl tat-terminu li għadda bejn il-mument li fih l-amministrazzjoni kkonċernata rċeviet l-osservazzjonijiet tal-importatur u d-data li fiha ħadet id-deċiżjoni tagħha, huwiex possibbli jew le li jiġi kkunsidrat li hija ħadet debitament inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet li kienu ntbagħtulha.


    (1)  ĠU C 235, 6.10.2007.


    Top