Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0283

    Kawża C-283/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 75/442/KEE — Artikolu 1 — Kunċett ta' skart — Skart intiż sabiex jintuża fl-attività tal-azzar — Kombustibbli li ġej minn skart ta' kwalità għolja — Traspożizzjoni żbaljata)

    ĠU C 44, 21.2.2009, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.2.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

    (Kawża C-283/07) (1)

    (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 75/442/KEE - Artikolu 1 - Kunċett ta' “skart’ - Skart intiż sabiex jintuża fl-attività tal-azzar - Kombustibbli li ġej minn skart ta' kwalità għolja - Traspożizzjoni żbaljata)

    (2009/C 44/20)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: C. Zadra u J.-B. Laignelot, aġenti]

    Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana [rappreżentanti: I. Braguglia, agent u G. Fiengo, avvocato dello Stato]

    Suġġett

    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta' Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU L 194, p. 39) kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-18 ta' Marzu 1991 (ĠU L 78, p. 32) — Kombustibbli ġej mill-iskart (RDF) u metall intiż sabiex jintuża fl-attività tal-azzar u dik metallurġika — Esklużjoni mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tat-traspożizzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Billi adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet bħalma huma:

    l-Artikolu 1(25) sa (27) u 29(a) tal-liġi Nru 308, tal-15 ta' Diċembru 2004, li tiddelega lill-Gvern sabiex jirriforma, jikkoordina u jikkompleta l-leġiżlazzjoni dwar l-abjent u l-miżuri ta' applikazzjoni diretta, u

    l-Artikolu 1(29)(b) tal-liġi Nru 308, tal-15 ta' Diċembru 2004, kif ukoll l-Artikoli 183(1)(s) u 229(2) tad-Digriet leġiżlattiv Nru 152, tat-3 ta' April 2006, li jistabilixxi regoli dwar l-ambjent

    li permezz tagħhom, rispettivament, ċertu skart intiż sabiex jintuża fl-industrija tal-azzar u dik metallurġika kif ukoll il-kombustibbli li ġej minn skart ta' kwalità għolja (RDF) jitneħħew a priori mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Taljana fuq l-iskart li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE tal-Kunsill, tat-18 ta' Marzu 1991, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu (1)(a) ta' din id-Direttiva.

    2)

    Ir-repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


    Top