Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex
Έγγραφο 62006CA0487
Case C-487/06 P: Judgment of the Court (Third Chamber) of 22 December 2008 — British Aggregates Association v Commission of the European Communities, United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland (Appeal — State aid — Environmental levy on aggregates in the United Kingdom)
Kawża C-487/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 — British Aggregates Association vs Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Appell — Għajnuna mill-Istat — Taxxa ambjentali fuq il-granulat fir-Renju Unit)
Kawża C-487/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 22 ta' Diċembru 2008 — British Aggregates Association vs Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Appell — Għajnuna mill-Istat — Taxxa ambjentali fuq il-granulat fir-Renju Unit)
ĠU C 44, 21.2.2009, σ. 4-5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 — British Aggregates Association vs Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-487/06 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Taxxa ambjentali fuq il-granulat fir-Renju Unit)
(2009/C 44/06)
Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż
Partijiet
Appellanti: British Aggregates Association (rappreżentanti: C. Pouncey, Solicitor, L. Van den Hende, advocaat)
Appellati: Il-Kummssjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Flett, B. Martenczuk u T. Scharf, aġenti) Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: T. Harris, M.Hall u G. Facenna, aġenti)
Suġġett
Appell imressaq mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla Estiża) tat-13 ta' Settembru 2006, British Aggregates Association vs Il-Kummissjoni (T-210/02) li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala infondata talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 1478 finali, tal-24 ta' April 2002, li ma topponix sistema ta' taxxi fuq il-granulat ta' barrieri fir-Renju Unit (State aid Nru 863/01 — Renju Unit, Aggregates Levy)
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-13 ta' Settembru 2006, British Aggregates Association vs ll-Kummissjoni (T-210/02), hija annullata. |
|
2) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |