This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0417
Case T-417/17: Action brought on 3 July 2017 — Cyprus v EUIPO — Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)
Kawża T-417/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)
Kawża T-417/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)
ĠU C 277, 21.8.2017, p. 54–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 277/54 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2017 – Ċipru vs EUIPO – Papouis Dairies (fino Cyprus Halloumi Cheese)
(Kawża T-417/17)
(2017/C 277/78)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nikosija, Ċipru)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva bil-kulur li tinkludi l-element verbali “fino Cyprus Halloumi Cheese” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 180 791
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2017 fil-Każ R 2650/2014-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |