Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0306

    Kawża T-306/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – Gamet vs EUIPO – “Metal-Bud II” Robert Gubała (Pum ta’ bieb) [“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pum ta’ bieb — Disinn preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Assenza ta’ impressjoni ġenerali differenti — Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002”]

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/40


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2017 – Gamet vs EUIPO – “Metal-Bud II” Robert Gubała (Pum ta’ bieb)

    (Kawża T-306/16) (1)

    ([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta pum ta’ bieb - Disinn preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Provi prodotti insostenn tal-oppożizzjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Produzzjoni ta’ provi għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002”])

    (2017/C 277/59)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gamet S.A. (Toruń, il-Polonja) (rappreżentant: A. Rolbiecka, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Firma produkcyjno-handlowa “Metal-Bud II” Robert Gubała (Świątniki Górne, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mikosza, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Marzu 2016 (Każ R 2040/2014-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Firma produkcyjno-handlowa “Metal-Bud II” Robert Gubała u Gamet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Gamet S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 296, 16.8.2016.


    Top