Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0020

    Kawża C-20/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Wolfram Bechtel, Marie-Laure Bechtel vs Finanzamt Offenburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Dħul irċevut fi Stat Membru barra milll-Istat Membru ta’ residenza — Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva tal-progressività fl-Istat Membru ta’ residenza — Kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq id-dħul irċevut fi Stat Membru barra mill-Istat ta’ residenza — Tnaqqis ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet — Kundizzjoni dwar l-assenza ta’ rabta diretta mad-dħul eżentat)

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Wolfram Bechtel, Marie-Laure Bechtel vs Finanzamt Offenburg

    (Kawża C-20/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Dħul irċevut fi Stat Membru barra milll-Istat Membru ta’ residenza - Metodu ta’ eżenzjoni b’riżerva tal-progressività fl-Istat Membru ta’ residenza - Kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni għax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq id-dħul irċevut fi Stat Membru barra mill-Istat ta’ residenza - Tnaqqis ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet - Kundizzjoni dwar l-assenza ta’ rabta diretta mad-dħul eżentat))

    (2017/C 277/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wolfram Bechtel, Marie-Laure Bechtel

    Konvenuta: Finanzamt Offenburg

    Dispożittiv

    L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha persuna taxxabbli residenti f’dan l-Istat Membru u li taħdem għall-amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ieħor ma tistax tnaqqas mill-bażi taxxabbli fuq id-dħul fl-Istat Membru tagħha ta’ residenza l-kontribuzzjonijiet ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija u ta’ assigurazzjoni għall-mard miġbura fuq is-salarju tagħha fl-Istat Membru tal-impjieg, bid-differenza tal-kontribuzzjonijiet paragunabbli mħallsa lis-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tagħha ta’ residenza, meta, skont il-Ftehim preventiv ta’ taxxa doppja bejn iż-żewġ Stati Membri, is-salarju ma għandux jiġi ntaxxat fl-Istat Membru ta’ residenza tal-ħaddiem u li tiżdied sempliċement ir-rata taxxabbli applikabbli għad-dħul ieħor.


    (1)  ĠU C 118, 4.4.2016.


    Top