EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CN0533
Case C-533/08: Reference for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands) lodged on 3 December 2008 — TNT Express Nederland BV v AXA Versicherung AG
Kawża C-533/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlande (l-Olanda) fit- 3 ta' Diċembru 2008 — TNT Express Nederland B.V. vs AXA Versicherung AG
Kawża C-533/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlande (l-Olanda) fit- 3 ta' Diċembru 2008 — TNT Express Nederland B.V. vs AXA Versicherung AG
ĠU C 44, 21.2.2009, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/32 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlande (l-Olanda) fit-3 ta' Diċembru 2008 — TNT Express Nederland B.V. vs AXA Versicherung AG
(Kawża C-533/08)
(2009/C 44/53)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlande
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TNT Express Nederland B.V.
Konvenuta: AXA Versicherung AG
Domandi preliminari
1) |
Għandhom il-parti introduttiva tal-Artikolu 71(2) u t-tieni subparagrafu tal-paragrafu (b) tar-Regolament Nru 44/2001 ikunu interpretati f'dan is-sens (i) li s-sistema ta' rikonoxximent u ta' eżekuzzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 hija suġġetta għall-benefiċċju ta' dik tal-Konvenzjoni partikolari biss jekk is-sistema tal-Konvenzjoni partikolari titlob l-esklużività, jew (ii) li, jekk il-kundizzjonijiet ta' rikonoxximent u ta' eżekuzzjoni tal-Konvenzjoni partikolari u dawk tar-Regolament Nru 44/2001 japplikaw simultanjament, il-kundizzjonijiet tal-Konvenzjoni partikolari għandhom dejjem ikunu applikati u dawk tar-Regolament Nru 44/2001 m'għandhomx ikunu applikati anke jekk il-Konvenzjoni partikolari ma tirrikjediex l-esklużività meta mqabbla ma' regoli oħra internazzjonali ta' rikonoxximent u eżekuzzjoni? |
2) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni, sabiex tipprevjeni deċiżjonijiet diverġenti rigward is-sitwazzjonijiet konkorrenti msemmija fl-ewwel domanda, sabiex tinterpreta — b'mod imperattiv għall-Qrati tal-Istati Membri — il-Konvenzjoni dwar il-kuntratt ta' trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq, iffirmata f'Ġinevra fid-19 ta' Mejju 1956 (CMR), rigward il-qasam irregolat mill-Artikolu 31 ta' din il-Konvenzjoni? |
3) |
Jekk it-tieni domanda jkollha risposta fl-affermattiv, u li l-parti (i) tal-ewwel domanda tkun ukoll risposta fl-affermattiv, is-sistema ta' rikonoxximent u ta' eżekuzzjoni tal-Artikolu 31(3) u (4) tal-Konvenzjoni CMR għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tirrikjediex l-esklużività u tħalli l-kamp ta' applikazzjoni ta' regoli oħra internazzjonali ta' eżekuzzjoni jippermettu r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, bħar-Regolament Nru 44/2001? Jekk il-parti (ii) tal-ewwel domanda jkollha risposta fl-affermattiv u t-tieni domanda jkollha wkoll risposta fl-affermattiv, il-Hoge Raad tagħmel ukoll it-tliet domandi li ġejjin qabel l-appell: |
4) |
L-Artikolu 31(3) u (4) tal-Konvenzjoni CMR jippermetti lill-imħallef tal-Istat li ssirlu t-talba, li jkollu quddiemu talba sabiex jagħti deċiżjoni eżekuttiva, li jistħarreġ jekk l-imħallef tal-Istat ta' oriġini kellux ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex jieħu konjizzjoni ta' din il-kawża? |
5) |
L-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jkun interpretat fis-sens li, f'każ ta' kompetizzjoni bejn ir-regoli ta' lis alibi pendens stabbiliti mill-Konvenzjoni CMR u mir-Regolament Nru 44/2001, ir-regola ta' lis alibi pendens stabbilita fil-Konvnezjoni CMR ikollha preċedenza fuq dik tar-Regolament Nru 44/2001? |
6) |
Id-dikjarazzjoni mitluba f'dan il-każ mill-Olanda u d-danni mitluba fil-Ġermanja jirrigwardaw l-“istess kawża” fis-sens tal-Artikolu 31(2) tal-Konvenzjoni CMR? |