EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0159

Kawża C-159/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – GM vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, Alkotmányvédelmi Hivatal, Terrorelhárítási Központ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-immigrazzjoni – Direttiva 2011/95/UE – Regoli relatati dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja – Ċaħda tal-istatus – Direttiva 2013/32/UE – Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Preġudizzju għas-sigurtà nazzjonali – Teħid ta’ pożizzjoni ta’ awtorità speċjalizzata – Aċċess għall-fajl)

ĠU C 424, 7.11.2022, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – GM vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, Alkotmányvédelmi Hivatal, Terrorelhárítási Központ

(Kawża C-159/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam tal-ażil u tal-immigrazzjoni - Direttiva 2011/95/UE - Regoli relatati dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Ċaħda tal-istatus - Direttiva 2013/32/UE - Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Preġudizzju għas-sigurtà nazzjonali - Teħid ta’ pożizzjoni ta’ awtorità speċjalizzata - Aċċess għall-fajl)

(2022/C 424/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GM

Konvenuti: Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, Alkotmányvédelmi Hivatal, Terrorelhárítási Központ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri flimkien mal-Artikolu 45(4) ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew ta’ rtirar ta’ tali protezzjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni li l-iżvelar tagħha jikkomprometti s-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni, il-persuna kkonċernata jew il-konsulent tagħha jistgħu jaċċedu għal din l-informazzjoni biss wara li jkunu kisbu awtorizzazzjoni għal dan il-għan, ma jistgħux jiġu kkomunikati wkoll is-sustanza tal-motivi li fuqhom huma bbażati tali deċiżjonijiet u ma jistgħux fi kwalunkwe każ, jużaw, għall-finijiet tal-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji, l-informazzjoni li għaliha setgħu jkollhom aċċess.

2)

L-Artikolu 4(1) u (2), l-Artikolu 10(2) u (3), l-Artikolu 11(2) kif ukoll l-Artikolu 45(3) tad-Direttiva 2013/32, moqrija flimkien mal-Artikolu 14(4)(a) u mal-Artikolu 17(1)(d) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-awtorità determinanti hija sistematikament obbligata, meta korpi responsabbli minn funzjonijiet marbuta mas-sigurtà nazzjonali jkunu kkonstataw, permezz ta’ opinjoni mhux motivata, li persuna kienet tikkostitwixxi theddida għal din is-sigurtà, li teskludi li tagħti l-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja lil din il-persuna jew li tirtira protezzjoni internazzjonali mogħtija minn qabel lill-imsemmija persuna, billi tibbaża ruħha fuq din l-opinjoni.

3)

L-Artikolu 17(1)(b) tad-Direttiva 2011/95

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix li applikant jiġi eskluż mill-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja, skont din id-dispożizzjoni, abbażi ta’ kundanna kriminali li kienet diġà magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti, meta dawn ikunu taw lil dan l-applikant, fi tmiem proċedura preċedenti, status ta’ refuġjat li sussegwentement ġie rtirat lilu.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.


Top