This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0360
Case C-360/19: Request for a preliminary ruling from the College van Beroep voor het bedrijfsleven (Netherlands) lodged on 3 May 2019 — Crown Van Gelder B.V. v Autoriteit Consument en Markt
Kawża C-360/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Crown Van Gelder BV vs Autoriteit Consument en Markt
Kawża C-360/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Crown Van Gelder BV vs Autoriteit Consument en Markt
ĠU C 270, 12.8.2019, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ Mejju 2019 — Crown Van Gelder BV vs Autoriteit Consument en Markt
(Kawża C-360/19)
(2019/C 270/17)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Crown Van Gelder BV
Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt
Domanda preliminari
L-Artikolu 37(11) tad-Direttiva 2009/72/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tagħti wkoll id-dritt ta’ tressiq ta’ lment kontra l-operatur tas-sistema nazzjonali (operatur tas-sistema tat-trażmissjoni) lil parti meta din il-parti ma tkunx konnessa mas-sistema ta’ dan l-operatur tas-sistema nazzjonali kkonċernata (operatur tas-sistema tat-trażmissjoni) iżda biss ma’ sistema reġjonali (sistema tad-distribuzzjoni) li fiha t-trażmissjoni tal-elettriku tiġi interrotta minn nuqqas fis-sistema nazzjonali (sistema tat-trażmissjoni) li ssostni s-sistema reġjonali (sistema tad-distribuzzjoni)?