Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0428

    Kawża C-428/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – OL, PM, RO vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 96/71/KEE – Artikolu 1(1) u l-Artikoli 3 u 5 – Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi – Xufiera li jaħdmu fi trasport internazzjonali – Osservanza tar-rata minima ta’ ħlas fil-pajjiż ta’ kollokament – Allowance ta’ kuljum – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Artikolu 10 – Remunerazzjoni mogħtija lill-impjegati skont il-fjuwil ikkonsmat)

    ĠU C 338, 23.8.2021, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 338/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – OL, PM, RO vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt.

    (Kawża C-428/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 96/71/KEE - Artikolu 1(1) u l-Artikoli 3 u 5 - Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi - Xufiera li jaħdmu fi trasport internazzjonali - Osservanza tar-rata minima ta’ ħlas fil-pajjiż ta’ kollokament - Allowance ta’ kuljum - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 10 - Remunerazzjoni mogħtija lill-impjegati skont il-fjuwil ikkonsmat)

    (2021/C 338/02)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: OL, PM, RO

    Konvenuta: Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi għandha tiġi interpretata fis-sens li hija applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi tranżnazzjonali fis-settur tat-trasport bit-triq.

    2)

    L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71, moqrija flimkien mal-Artikolu 5 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li l-ksur, mill-persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru, tad-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ salarju minimu jista’ jiġi invokat kontra din il-persuna li timpjega minn ħaddiema kkollokati tal-ewwel Stat Membru, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru, jekk din ikollha ġurisdizzjoni.

    3)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li allowance ta’ kuljum li l-ammont tagħha jvarja skont it-tul tal-kollokament tal-ħaddiem tikkostitwixxi allowance speċifika għall-kollokament li tagħmel parti mis-salarju minimu, sakemm ma titħallasx bħala rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti minħabba l-kollokament, bħalma huma l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel jew sakemm ma tikkorrispondix għal żieda li timmodifika r-relazzjoni bejn ix-xogħol tal-ħaddiem, minn naħa, u l-korrispettiv li dan jirċievi, min-naħa l-oħra.

    4)

    L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, li impriża tat-trasport bit-triq tagħti lix-xufiera bonus ikkalkolat fuq l-ekonomiji mwettqa fil-forma ta’ tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil b’rabta mat-traġitt imwettaq. Madankollu, tali bonus jikser il-projbizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni jekk, minflok ma jkun marbut biss mal-ekonomija fl-użu tal-fjuwil, jikkumpensa tali ekonomija skont id-distanza koperta u/jew skont il-volum tal-merkanzija li għandha tiġi ttrasportata skont modalitajiet li jinċentivaw lix-xufier jaġixxi b’mod li jista’ jikkomprometti s-sigurtà fit-toroq jew iwettaq ksur tar-Regolament Nru 561/2006.


    (1)  ĠU C 95, 23.3.2020


    Top