This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CN0328
Case C-328/17: Request for a preliminary ruling from the Tribunale Amministrativo Regionale per la Liguria (Italy) lodged on 31 May 2017 — Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA and Others v Atpl Liguria — Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA, Regione Liguria
Kawża C-328/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria (l-Italja) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA et vs Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria
Kawża C-328/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria (l-Italja) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA et vs Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria
ĠU C 309, 18.9.2017, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
18.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria (l-Italja) fil-31 ta’ Mejju 2017 – Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA et vs Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria
(Kawża C-328/17)
(2017/C 309/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale della Liguria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Amt Azienda Trasporti e Mobilità SpA, Atc Esercizio SpA, Atp Esercizio Srl, Riviera Trasporti SpA u Tpl Linea Srl
Konvenuti: Atpl Liguria – Agenzia regionale per il trasporto pubblico locale SpA u Regione Liguria
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(1), (2) u (3) u l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvista u għal xogħlijiet] (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti biss il-possibbiltà li jattakkaw id-dokumenti ta’; proċedura ta’ sejħa għal offerti lill-operaturi ekonomiċi li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għal parteċipazzjoni fl-imsemmija sejħa għal offerti, anki meta l-kawża tikkontesta l-proċedura ta’ sejħa għal offerti fil-prinċipju tagħha peress li r-regoli tagħha jirrendu l-għoti wisq improbabbli?
(1) Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvista u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).