Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0607

Kawża C-607/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’ Högsta förvaltningsdomstolen — L-Isvezja) — Skatteverket vs Memira Holding AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-kumpanniji — Grupp ta’ kumpanniji — Libertà ta’ stabbiliment — Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti — Kunċett ta’ “telf definittiv” — Amalgamazzjoni-assorbiment tas-sussidjarja mill-kumpannija omm — Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tipprovdi għat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni biss lill-entità li tkun sostnietu)

ĠU C 270, 12.8.2019, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 270/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’ Högsta förvaltningsdomstolen — L-Isvezja) — Skatteverket vs Memira Holding AB

(Kawża C-607/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-kumpanniji - Grupp ta’ kumpanniji - Libertà ta’ stabbiliment - Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti - Kunċett ta’ “telf definittiv” - Amalgamazzjoni-assorbiment tas-sussidjarja mill-kumpannija omm - Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tipprovdi għat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni biss lill-entità li tkun sostnietu)

(2019/C 270/05)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteverket

Konvenuta: Memira Holding AB

Dispożittiv

1)

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2005, Marks & Spencer (C-446/03, EU:C:2005:763), iċ-ċirkustanza li l-Istat Membru li taqa’ taħtu s-sussidjarja ma jippermettix li jiġi ttrasferit it-telf ta’ kumpannija lil persuna taxxabbli oħra f’każ ta’ amalgamazzjoni, filwaqt li tali trasferiment huwa previst mill-Istat Membru li taqa’ taħtu l-kumpannija omm f’każ ta’ amalgamazzjoni bejn kumpanniji residenti, ma hijiex determinanti, dment li l-kumpannija omm ma turix li huwa impossibbli għaliha li tivvalorizza dan it-telf billi ssib mezz, b’mod partikolari permezz ta’ ċessjoni, sabiex dan jittieħed inkunsiderazzjoni fiskalment minn terz fi snin futuri.

2)

F’każ li ċ-ċirkustanza msemmija fl-ewwel domanda ssir rilevanti, huwa indifferenti l-fatt li fl-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja, ma teżisti l-ebda entità oħra li setgħet tnaqqas dan it-telf f’każ ta’ amalgamazzjoni kieku tali tnaqqis kien awtorizzat.


(1)  ĠU C 5, 8.1.2018.


Top