Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0551

Kawża C-551/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – J. Klein Schiphorst vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

ĠU C 30, 30.1.2017, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi Baxxi) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – J. Klein Schiphorst vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

(Kawża C-551/16)

(2017/C 030/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. Klein Schiphorst.

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen

Domandi preliminari

1)

Il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 64(1), initio u punt (ċ), tar-Regolament Nru 883/2004 (1) tista’ tiġi eżerċitata, fid-dawl tal-Artikoli 63 u 7 tar-Regolament Nru 883/2004, tal-għan u tal-iskop tar-Regolament Nru 883/2004 kif ukoll tal-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema, billi bħala prinċipju tiġi rrifjutata kull talba għall-estensjoni tat-tul tal-esportazzjoni ta’ benefiċċji tal-qgħad, sakemm il-Uwv [Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen] ma jqisx li ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, pereżempju l-eżistenza ta’ prospettivi konkreti u perċettibbli ta’ impjieg, ma jippermettulux li raġonevolment jirrifjuta li jestendi t-tul tal-esportazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda:

2)

Kif għandhom l-Istati Membri jeżerċitaw il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 64(1), initio u punt (ċ), tar-Regolament Nru 883/2004?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).


Top