Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0357

    Kawża T-357/15 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Garcia Miniguez vs Il-Kummissjoni [“Appell — Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Ckompetizzjoni interna tal-Kummissjoni miftuħa għal membri tal-persunal temporanji tal-istituzzjoni — Nuqqas ta’ ammissjoni tal-membru tal-persunal temporanju ta’ aġenzija eżekuttiva — Artikolu 29(1)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal — Ugwaljanza fit-trattament — Appell manifestament infondat fid-dritt”]

    ĠU C 68, 22.2.2016, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/28


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2015 – Garcia Miniguez vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-357/15 P) (1)

    ([“Appell - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Ckompetizzjoni interna tal-Kummissjoni miftuħa għal membri tal-persunal temporanji tal-istituzzjoni - Nuqqas ta’ ammissjoni tal-membru tal-persunal temporanju ta’ aġenzija eżekuttiva - Artikolu 29(1)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ugwaljanza fit-trattament - Appell manifestament infondat fid-dritt”])

    (2016/C 068/37)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Maria Luisa Garcia Miniguez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco u Á. Givaja Sanz, avukat)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall, G. Gattinara u F. Simonetti, sussegwentement minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-28 ta’ April 2015, Garcia Minguez vs Il-Kummissjoni (F-72/14, ĠabraSP, EU:F:2015:40), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud

    2)

    Maria Luisa Garcia Minguez hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


    Top