Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0392

    Kawża T-392/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji “Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni fid-dawl tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji — Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Offerta anormalment baxxa”

    ĠU C 277, 21.8.2017, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 277/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2017 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji

    (Kawża T-392/15) (1)

    (“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi esterni fid-dawl tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji - Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Offerta anormalment baxxa”)

    (2017/C 277/52)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), u European Dynamics Belgium SA, (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Ampazis, M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, sussegwentement minn M. Sfyri, C.-N. Dede u D. Papadopoulou, avukati)

    Konvenut: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (rappreżentanti: inizjalment minn J. Doppelbauer, sussegwentement minn G. Stärkle u Z. Pyloridou, aġenti, assistiti minn V. Christianos, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-ferroviji li tikklassifika offerti magħmula mir-rikorrenti għall-lottijiet 1 u 2 tal-kuntratt ERA/2015/01/OP “ESP EISD 5 – Kuntratt għal servizzi esterni fid-dawl tal-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni [għal din]”.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics Belgium SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


    Top