Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CB0580

    Kawża C-580/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sandra Bitter, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH vs Bundesrepublik Deutschland Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Multa għall-eċċess tal-emissjonijiet — Proporzjonalità

    ĠU C 68, 22.2.2016, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 68/19


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Sandra Bitter, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH vs Bundesrepublik Deutschland

    (Kawża C-580/14) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Multa għall-eċċess tal-emissjonijiet - Proporzjonalità)

    (2016/C 068/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Sandra Bitter, bħala amministratur fil-proċeduri ta’ insolvenza ta’ Ziegelwerk Höxter GmbH

    Konvenut: Bundesrepublik Deutschland

    Dispożittiv

    L-eżami tad-domanda magħmula ma rrivela ebda element ta’ natura li jeffettwa, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-validità tat-tieni sentenza tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, sa fejn din tipprevedi multa ta’ EUR 100 għal kull tunnellata ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju emessi li għalihom l-operatur ma jkunx ċeda l-kwoti.


    (1)  ĠU C 96, 23.03.2015.


    Top