Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0442

    Kawża C-442/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Konvenzjoni ta’ Århus — Direttiva 2003/4/KE — Artikolu 4(2) — Aċċess pubbliku għall-informazzjoni — Kunċett ta’ “informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent” — Direttiva 91/414/KEE — Direttiva 98/8/KE — Regolament (KE) Nru 1107/2009 — Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ prodotti bijoċidali — Kunfidenzjalità — Protezzjoni tal-interessi industrijali u kummerċjali)

    ĠU C 30, 30.1.2017, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting vs College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

    (Kawża C-442/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Konvenzjoni ta’ Århus - Direttiva 2003/4/KE - Artikolu 4(2) - Aċċess pubbliku għall-informazzjoni - Kunċett ta’ “informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent” - Direttiva 91/414/KEE - Direttiva 98/8/KE - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ prodotti bijoċidali - Kunfidenzjalità - Protezzjoni tal-interessi industrijali u kummerċjali))

    (2017/C 030/03)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    College van Beroep voor het Bedrijfsleven

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bayer CropScience SA-NV, Stichting De Bijenstichting

    Konvenuta: College voor de toelating van gewasbeschermingsmiddelen en biociden

    Fil-preżenza ta’: Makhtesim-Agan Holland BV

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-applikant għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew ta’ prodott bijoċidali ma jkunx talab, waqt il-proċedura prevista għall-ksib ta’ din l-awtorizzazzjoni, it-trattament kunfidenzjali tal-informazzjoni ppreżentata fil-kuntest ta’ din il-proċedura abbażi tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 98/8, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali jew tal-Artikoli 33(4), u 63 tar-Regolament Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, ma jipprekludix lill-awtorità kompetenti, adita, wara l-għeluq tal-imsemmija proċedura, b’talba għal aċċess għal din l-informazzjoni mressqa abbażi tad-Direttiva 2003/4 minn terz, milli teżamina l-oppożizzjoni tal-imsemmi applikant għal din it-talba għal aċċess u milli tiċħad, fejn xieraq, din it-talba taħt il-parti (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva għar-raġuni li l-iżvelar tal-imsemmija informazzjoni jippreġudika l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali jew industrijali.

    2)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “emissjonijiet fl-ambjent” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni r-rilaxx ta’ prodotti jew ta’ sustanzi, bħalma huma l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jew il-prodotti bijoċidali u s-sustanzi li dawn il-prodotti jinkludu, fl-ambjent, sakemm dan ir-rilaxx ikun effettiv jew prevedibbli f’kundizzjonijiet normali jew realisti ta’ użu;

    jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “[informazzjoni] dwar l-emissjonijiet fl-ambjent” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni l-indikazzjonijiet dwar in-natura, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-data u l-post tal-“emissjonijiet fl-ambjent” ta’ dawn il-prodotti jew sustanzi, kif ukoll id-data rigward l-effetti, ftit jew wisq fit-tul, ta’ dawn l-emissjonijiet fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-informazzjoni rigward ir-residwi preżenti fl-ambjent wara l-applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-istudji rigward il-livell tal-kurrent tas-sustanza waqt din l-applikazzjoni, kemm jekk din id-data toħroġ minn studji mwettqa għalkollox jew parzjalment fuq l-art, minn studji ta’ laboratorju jew minn studji ta’ trażlokazzjoni.

    3)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ talba għal aċċess għal informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent li l-iżvelar tagħha jippreġudika wieħed mill-interessi koperti fl-ewwel subparagrafu, partijiet (a), (d) u (f) sa (h) tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, hija biss id-data rilevanti li tista’ tiġi estratta mis-sors ta’ informazzjoni li tirrigwarda l-emissjonijiet fl-ambjent li għandha tiġi żvelata meta jkun possibbli li tiġi sseparata din id-data mill-informazzjoni l-oħra inkluża fl-imsemmi sors, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


    Top