Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CA0258

Kawża C-258/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Eugenia Florescu et vs Casa Judeţeană de Pensii Sibiu et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 143 TFUE — Diffikultajiet dwar il-bilanċ tal-pagamenti ta’ Stat Membru — Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea — Memorandum ta’ Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Membru benefiċjarju — Politika soċjali — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kumulu bejn pensjoni tal-irtirar pubblika u dħul mis-salarju li jirriżulta mit-twettiq ta’ attivitajiet ma’ istituzzjoni pubblika — Differenza fit-trattament bejn il-persuni li t-tul tal-ħatra tagħhom huwa previst mill-kostituzzjoni u l-imħallfin professjonali)

ĠU C 277, 21.8.2017, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Alba Iulia – ir-Rumanija) – Eugenia Florescu et vs Casa Judeţeană de Pensii Sibiu et

(Kawża C-258/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 143 TFUE - Diffikultajiet dwar il-bilanċ tal-pagamenti ta’ Stat Membru - Għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea - Memorandum ta’ Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istat Membru benefiċjarju - Politika soċjali - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kumulu bejn pensjoni tal-irtirar pubblika u dħul mis-salarju li jirriżulta mit-twettiq ta’ attivitajiet ma’ istituzzjoni pubblika - Differenza fit-trattament bejn il-persuni li t-tul tal-ħatra tagħhom huwa previst mill-kostituzzjoni u l-imħallfin professjonali))

(2017/C 277/02)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Iulia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eugenia Florescu, Ioan Poiană, Cosmina Diaconu (fil-kwalità ta’ eredi ta’ Mircea Bădilă,), Anca Vidrighin (fil-kwalità ta’ eredi ta’ M. Bădilă), Eugenia Elena Bădilă (fil-kwalità ta’ eredi ta’ M. Bădilă)

Konvenuti: Casa Judeţeană de Pensii Sibiu, Casa Naţională de Pensii şi alte Drepturi de Asigurări Sociale, Ministerul Muncii, Familiei şi Protecţiei Sociale, Statul român, Ministerul Finanţelor Publice

Dispożittiv

1)

Il-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija, konkluż f’Bukarest u fi Brussell fit-23 ta’ Ġunju 2009, għandu jitqies li huwa att adottat minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, li jista’ jiġi suġġett għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea,

2)

Il-Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija, konkluż f’Bukarest u fi Brussell fit-23 ta’ Ġunju 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-projbizzjoni li l-pensjoni tal-irtirar netta fis-settur pubbliku tiġi akkumulata mad-dħul minn attivitajiet imwettqa ma’ istituzzjonijiet pubbliċi jekk il-livell tagħha jeċċedi l-livell tas-salarju gross medju nazzjonali li serva ta’ bażi għall-istabbiliment tal-baġit tas-sigurtà soċjali tal-Istat.

3)

L-Artikolu 6 TUE u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-projbizzjoni li l-pensjoni tal-irtirar netta fis-settur pubbliku tiġi akkumulata mad-dħul minn attivitajiet imwettqa ma’ istituzzjonijiet pubbliċi jekk il-livell tagħha jeċċedi ċertu livell.

4)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-interpretazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi li l-projbizzjoni prevista minnha li l-pensjoni tal-irtirar netta tiġi akkumulata mad-dħul minn attivitajiet ma’ istituzzjonijiet pubbliċi jekk il-livell ta’ din il-pensjoni jeċċedi l-livell tas-salarju gross medju nazzjonali li serva ta’ bażi għall-istabbiliment tal-baġit tas-sigurtà soċjali tal-Istat tapplika għall-imħallfin professjonali, iżda mhux għall-persuni li nħatru b’mandat previst mill-kostituzzjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


Top