EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0497

Kawża T-497/12: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Novembru 2012 — European Drinks vs UASI — Alexandrion Grup Romania (DRACULA BITE)

ĠU C 26, 26.1.2013, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/58


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2012 — European Drinks vs UASI — Alexandrion Grup Romania (DRACULA BITE)

(Kawża T-497/12)

2013/C 26/117

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Drinks SA (Ștei, ir-Rumanija) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Alexandrion Grup Romania Srl (Pleasa, ir-Rumanija)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 679/2011-4; u.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “DRACULA BITE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 39 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7588321

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Rumena Nru 34847 tat-trade mark figurattiva “Dracula”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42(2) u 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009.


Top